Drittijiet tal-Bniedem, Demokrazija u Stat ta’ Dritt
 

Il-Kunsill tal-Ewropa iheġġeġ il-liberta’ tal-espressjoni u tal-media, il-liberta’ tal-assoċjazzjoni, l-ugwaljanza, u l-ħarsien tal-minoranzi. Nieda diversi kampanji dwar kwistjonijiet bhall-ħarsien tat-tfal, diskors ta’ mibegħda li jsir online, u d-drittijiet tar-Roma, li huma l-akbar minoranza fl-Ewropa. Il-Kunsill tal-Ewropa igħin lill-istati membri sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni u t-terroriżmu, u sabiex jagħmlu r-riformi ġudizzjarji meħtieġa. Il-grupp ta’ esperti kostituzzjonali fi ħdanu, magħruf bħala l-Kommissjoni ta’ Venezja, joffri pariri legali lil pajjiżi madwar id-dinja.

Il-Kunsill tal-Ewropa jippromwovi id-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ konvenzjonijiet internazzjonali bhal per eżempju il-Konvenzjoni ghall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, u l-Konvenzjoni dwar is-Cybercrime (kriminalita’ li titwettaq online). Igħasses il-progress li jagħmlu l-istati membri f’dawn l-oqsma u jagħmel rakkomandazzjonijiet permezz ta’ korpi ta’ esperti indipendenti ta’ moniteraġġ. Illum il-ġurnata lanqas wieħed mill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa ma japplika l-piena kapitali.

Did you know?
The 10 000 pharmaceutical products manufactured and sold in Europe are subject to strict controls thanks to the work of the European Directorate for the Quality of Medicines & HealthCare.

Web Content Display Web Content Display
Web Content Display Web Content Display

Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organizzazzjoni separata mit-28 membru tal-Unjoni Ewropea. Imma l-ebda pajjiż ma qatt issieħeb fl-Unjoni mingħajr ma qabel kien membru tal-Kunsill tal-Ewropa.

Kemm ghandu stati membri il-Kunsill tal-Ewropa?

  1. 39
  2. 42
  3. 47
Close

Tweġiba żbaljata...

Close

Tweġiba żbaljata...

Close

Tweġiba tajba!