Segretarju Ġenerali

Is-Segretarju Ġenerali huwa elett mill-Assemblea Parlamentari għal mandat ta' ħames snin bhala kap tal-Organizzazzjoni. Huwa responsabbli għall-ippjanar strateġiku u d-direzzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Kunsill u tal-baġit. Huwa jmexxi u jirrappreżenta l-Organizzazzjoni.
 Website

 

Id-Deputat Segretarju Ġenerali huwa elett ukoll għal terminu ta’ ħames snin mill-Assemblea Parlamentari, f'elezzjoni separata minn dik għas-Segretarju Ġenerali.
 Website

 


Kumitat tal-Ministri

Dan huwa korp deċiżjonali tal-Kunsill u huwa magħmul mill-ministri tal-affarijiet barranin ta' kull Stat Membru jew ir-rappreżentanti diplomatiċi permanenti tagħhom fi Strasburgu. Il-Kumitat tal-Ministri jiddeċiedi l-politika tal-Kunsill tal-Ewropa u japprova l-baġit tieghu kif ukoll  il-programm ta' attivitajiet.
 Website


Assemblea Parlamentari (PACE)

L-Assemblea Parlamentari tikkonsisti fi 306 membru tal-parlament mis-46 stat membru; l-Assemblea tagħżel is-Segretarju Ġenerali, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-imħallfin għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; tipprovdi forum demokratiku għad-dibattitu u monitoraġġ tal-elezzjonijiet; il-kumitati tiegħu għandhom rwol importanti fl-eżami ta’ kwistjonijiet attwali.
 Website


Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali

Il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali huwa istituzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, responsabbli għat-tisħiħ tad-demokrazija lokali u reġjonali fis-46 stat membri tiegħu. Għandu żewġt ikmamar - il-Kamra tal-Awtoritajiet Lokali u l-Kamra tar-Reġjuni - u tliet kumitati, u jiġbor flimkien 612 uffiċjali eletti li jirrappreżentaw aktar minn 150.000 awtoritajiet lokali u reġjonali.
 Website


Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Dan huwa l-korp ġudizzjarju permanenti li jiggarantixxi għall-Ewropej kollha id-drittijiet imħarsa mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Hija miftuħa għall-istati u individwi, irrispettivament min-nazzjonalità. Is-46 Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa huma firmatarji tal-Konvenzjoni.
 Website


Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem b’mod indipendenti jindirizza u jġib għall-attenzjoni każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
 Website

 


Konferenza tal-INGOs

Il-Konferenza tiġbor fiha madwar 400 Organizzazzjoni Mhux Governattivi internazzjonali (INGOs). Hija tipprovdi rabtiet importanati bejn il-politiċi u l-pubbliku u twassal il-vuċi tas-soċjetà ċivili lill-Kunsill. Il-ħidma tal-Kunsill tgawdi b’mod estensiv mill-għarfien tal-INGOs u s-sensibilizzazzjoni tagħhom għaċ-ċittadini Ewropej.
 Website


Kooperazzjoni Globali

Il-Kunsill tal-Ewropa jaħdem fi sħubija mill-qrib mal-Unjoni Ewropea, u jikkoopera mal-Ġnus Magħquda, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u ma'pajjiżi sħab fil-viċinat tiegħu u madwar id-dinja.
 

Did you know?
Eurimages, set up in 1988, is the first European cinema support fund.

Mill-pajjiżi hawn taħt, liema mhuwiex membru tal-Kunsill tal-Ewropa?

  1. Svizzera
  2. Ukraina
  3. Belarus
Close

Tweġiba żbaljata...

Close

Tweġiba żbaljata...

Close

Tweġiba tajba!