L-Organizzazzjoni

Il-Kunsill tal-Ewropa għandu l-kwartieri tiegħu ġewwa Strasburgu. Iħaddem 2200 ruh u għandu uffiċċji esterni u ta’ kollegament f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Ic-Ċentri Ewropej għaż-Żgħażagħ fi Strasburgu u f’Budapest joffru taħriġ għaż-Żgħażagħ fid-demokrazija u f’oqsma ta’ drittijiet talbniedem.

Bini
 

Il Palais de l'Europe

Iddiżinjat mill-perit Franċiż Henry Bernard u inawgurat fl-1977, il-Palais de l'Europe huwa l-bini prinċipali tal-Kunsill tal-Ewropa. Mad-dhul tiegħu hemm il-bnadar tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill. Is-saff ta' barra tal-Palazz huwa mużajk ta' kuluri kuntrastanti, li jinstabu fuq il-konkrit tal-puntelli, fil-faċċata mghottija bl-aluminju u mat-twieqi kbar tal-kmamar tal-konferenzi rispettivament. Quddiem il-Palazz l-mant tal-ħaxix darba kien is-sit tal-predeċessur għall-Palais de l'Europe – il-Maison de l'Europe.


  L-Agora

Agora huwa l-aktar bini ġdid tal-Kunsill tal-Ewropa, li ismu ġej mill-kelma Griega antika għal ‘post miftuħ fejn jinġemgħu in-nies’. Kien inawgurat f'April 2008 u ddiżinjat mid-ditti ta’ periti Art & Build (Brussell) u Denu et Paradon (Strasburgu). Huwa jgħaqqad il-modernità, l-effiċjenza u r-rispett għall-ambjent. Wara l-faċċata kbira tal-ħġieġ hemm żewġ atrija, li huma magħluqa minn kmamar miksija bir-ram pre-patinat. Saqaf impressjonanti tal-metall igħatti l-istruttura, mil-liema saqaf hemm ħerġin żewġt iċmieni solari, iffurmati b’mod li jippermettu l-ventilazzjoni naturali tal-atrija.


  Il-Bini tad-Drittijiet tal-Bniedem

Inawgurat fl-1995, it-tidwir tal-Bini tad-Drittijiet tal-Bniedem idur mal-ixmara Ill, li tgħaddi minn ġo Strasburgu. Huwa wieħed mill-kisbiet l-aktar impressjonanti tal-perit rinomat Ingliż Lord Richard Rogers, li ddiżinja wkoll iċ-Ċentru Georges Pompidou, il-Millennium Dome f’Londra, u l-bini tal-Assemblea Nazzjonali ta' Wales. Il-bini huwa mimli simboliżmu (il-faċċata tevoka il-miżien tal-ġustizzja) u jintużaw materjali kontemporanji (l-użu liberali tal-ħġieġ hija metafora għat-trasparenza). Il-faċċata tal-Bini tad-Drittijiet tal-Bniedem hija ffurmata miż-żewġ swali ċilindriċi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


  Id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u Kura tas-Saħħa (EDQM)

Il-bini l-ġdid tal-EDQM jinsab fuq wara tal-Agora. Iddiżinjat mill-periti tad-ditta ibbażata fi Brussell Art & Build u l-Denu u Paradon bbażati fi Strasburgu, ġie inawgurat f'Marzu 2007. Il-ħġieġ fit-tond u l-istruttura tal-injam jgħaqqad l-estetika moderna ma' funzjonalità kontemporanja u l-bini fih laboratorji, uffiċċji, swali għal laqgħat li jservu r-rwol dejjem jikber tal-organizzazzjoni fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-mediċini fl-Ewropa u lil hinn minnha.


  Iċ-Ċentru Ewropew taż-Żgħażagħ

Iddiżinjat mill-periti Norveġiżi Lund u Slaatto, dan il-bini funzjonali u kontemporanju rċieva għexieren ta' eluf ta' żgħażagħ minn kull sfond sa mill-1972. Dan jinsab fid-distrett ta’ Wacken. Iċ-Ċentru Ewropew taż-Żgħażagħ, eżempju eċċellenti ta' arkitettura Skandinava, huwa taħlita tal-effetti naturali tal-konkrit u l-aluminju għal effett impressjonanti.

Did you know?
The Council of Europe's 47 member states form a death-penalty-free zone. Since 1985, the abolition of the death penalty has been a requirement for membership of the Council of Europe.

Web Content Display Web Content Display
Web Content Display Web Content Display

Fejn huma l-kwartieri ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa?

  1. Fi Brussell (il-Belġju)
  2. Fi Strasburgu (Franza)
  3. F'Ġinevra (Svizzera)
Close

Tweġiba żbaljata...

Close

Tweġiba tajba!

Close

Tweġiba żbaljata...